Il-Munxar

Servizzi offruti mill-Kunsill Lokali

Print this page

L-aħħar - Skeda Ġbir ta' Skart fil-Munxar - Agħfas hawn biex tara l-iskeda

Avviż importanti dwar il-Bring-In-Site - Agħfas hawn biex tara l-avviż

Ġbir ta`Skart Domestiku - Agħfas hawn biex tara l-avviż

Ġbir ta` Ħwejjeġ, żraben u Aċċessorji oħra - Agħfas hawn biex tara l-avviż

Live Streaming - Festa 2016

Ġbir ta' Ħġieġ għar-Riċiklaġġ fil-Lokalità

Ħinijiet tal-ftuħ tal-uffiċċju
Xitwa - (mill-1 t' Ottubru sal-15 ta' Ġunju) - Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.00 ta’ filgħodu sat-3.00 ta’ filgħaxija u s-Sibt mit-8.00 ta' filgħodu sal-11.00 ta' filgħodu.

Sajf - (mis-16 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru) - Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.00 ta' filgħodu san-12.30 ta' wara nofsinhar u s-Sibt mit-8.00 ta' filgħodu sal-11.00 ta' filgħodu.

Servizz ta’ berġa
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mill-11.30 ta’ filgħodu sa nofsinhar.

Ġbir ta’ skart goff
Ir-residenti jistgħu jċemplu l-Kunsill sabiex il-Kunsill jiġbor l-iskart goff tagħhom. Il-ġbir tal-iskart goff isir kull nhar ta' Tlieta u l-materjal sabiex jinġabar għandu jinħareġ fit-8.00 ta' filgħodu.

Ġbir ta’ Ħġieġ ġħar-Riċiklaġġ

Kull l‑ewwel Ħamis tax‑xahar isir ġbir ta’ ħġieġ għar‑riċiklaġġ. Il‑ħġieġ għandu jitpoġġa f’kaxxa tal‑kartun. Il‑ħin tal‑ġbir huwa mit‑8.00 ta’ filgħodu ’l quddiem fil-Munxar u mit-8.30 ta’ filgħodu ’l quddiem fix-Xlendi.

 Agħfas hawn biex tara l-Avviż – Il-Munxar

Agħfas hawn biex tara l-Avviż – Ix-Xlendi

Servizzi oħra:

Ħlas ta’ Multi 
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.00 ta’ filgħodu sat-3.00 ta’ filgħaxija u s-Sibt mit-8.00 ta' filgħodu sal-11.00 ta' filgħodu (Xitwa), mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.00 ta' filgħodu san-12.30 ta' wara nofsinhar u s-Sibt mit-8.00 ta' filgħodu sal-11.00 ta' filgħodu (Sajf).

Ħlas tal-Kontijiet tal-Kera/Ċens/Permess/Okkupazzjoni maħrug mid-Dipartiment tal-Artijiet 
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.00 ta’ filgħodu sat-3.00 ta’ filgħaxija u s-Sibt mit-8.00 ta' filgħodu sal-11.00 ta' filgħodu (Xitwa),  mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.00 ta' filgħodu san-12.30 ta' wara nofsinhar u s-Sibt mit-8.00 ta' filgħodu sal-11.00 ta' filgħodu (Sajf).

Servizz ta’ Photocopy 
Dan isir waqt il-ħinijiet ta’ l-Uffiċċju.

Bring in Sites
Il-Kunsill introduċa Bring-in-Site fi Pjazza l-Anfori, Ix-Xlendi. Dan jistgħu jintużaw f’kull ħin.

Batteriji Użati
Kull min ikollu batteriji (żgħar) użati jista’ jġibhom fl-Uffiċċju tal-Kunsill fejn hemm reċipjant apposta sabiex imbagħad jinġabru minn Uffiċjali tal-WasteServ Malta Ltd biex jiddisponu minnhom.

Lampi Maħruqa
Meta tinħaraq xi bozza għandha tittieħed nota tan-numru mwaħħal magħha u tiġi rrapportata lill-Kunsill.

Servizz ta’ Internet
Qed jiġi offrut servizz tal-internet mill-Uffiċċju Amministrattiv tal-Kunsill. Dan huwa mingħajr ħlas u jkun miftuħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.00 ta’ filgħodu sat-3.00 ta’ filgħaxija u s-Sibt mit-8.00 ta' filgħodu sal-11.00 ta' filgħodu (Xitwa), mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.00 ta' filgħodu san-12.30 ta' wara nofsinhar u s-Sibt mit-8.00 ta' filgħodu sal-11.00 ta' filgħodu (Sajf). Tista’ ġġib il-laptop tiegħek sabiex jingħata servizz ta’ Wi-Fi.

Ħlas ta’ Liċenzji tal-Ħwienet, Ristoranti u Garaxxijiet