Il-Marsa

Dħul

Print this page

 Il-Marsa

’Il ġewwa fil-Port il-Kbir hemm id-daħliet kennija tal-Marsa, post importanti sa mill-qedem. Il-kelma l-Marsa hija kelma Għarbija li tfisser port fejn jankraw jew jirmiġġjaw il-bastimenti.

Id-daħla kienet ukoll magħrufa bħala taż-“żewġ marsiet”, waħda bl-isem ‘Xatt il-Qwabar’ u l-oħra bl-isem ‘il-Marsa il-kbira’ li tiġbed sa fejn hemm il-knisja ta’ Ċejlu. Kienet saret ukoll magħrufa bħala Portu Novu. Iż-żewg daħliet huma mifrudin mill-“Għolja tal-Giżwiti”, li warajha tinfirex il pjanura kbira li tibqa’ dieħla sat-truf ta’ Ħal Qormi (Città Pinto). Hawn wieħed jista’ jinnota l-livell baxx tal-art u l-widien, wieħed Wied is-Sewda u l-ieħor Wied il-Kbir, li jaqilbu għal hemm.

Żmien ilu, anke sa ftit qabel il-wasla tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, id-daħla baxxa kienet twassal sat-truf ta’ Ħal Qormi (Città Pinto), bħal Taċ-Ċagħqi jew l-Erba’ Qaddisin. Sa mill-qedem il-bnedmin li fittxew kenn f’dawk l-inħawi kienu jaħdmu fir-raba’ u jkabbru l-uċuħ. Fil-witja jingħad li kien hemm is-simar, kanal tas-sallur, qiegħa mimlija arzell bl-arkati, u menqa mimlija ħut.. Is-sejbiet arkeoloġiċi li saru f’partijiet differenti tal-Marsa juru li minn żminijiet ilu dal-post kien magħruf man-nies li għexu f’pajjiżna u għarfu jinqdew bil-kenn li joffru l-portijiet tiegħu.

Fi żminijiet medjevali u għal żmien twil wara, il-Marsa kienet tagħmel mal-parroċċa ta’ San Ġorġ ta’ Ħal Qormi (Città Pinto), sa meta fl-1913 il-Marsa saret parroċċa. Jingħad li fl-1890 fil-Marsa kien hemm 6,200 ruħ u 200 dar, Imma mal-iżvilupp tal-Port il-Ġdid (Potu Novu), il-Marsa bdiet tikber bħala subborg. Wara li baqghet tiżdied għal diversi snin, dawn l-aħħar qed jiġi nnotat li l-popolazzjoni tal-Marsa qed tonqos sew.  Għal aktar informazzjoni tistgħu tidħlu f'dan is-sit www.marsalocalcouncil.com

Biex tara il-laqgha 'live' aghfas din il-link

           
View Larger Map