L-Isla (Città Invicta)

Knejjes

Print this page


Il-Bażilika ta’ Marija Bambina
 

Fl-1581, ġewwa l-Isla inbniet knisja ddedikata lit-Twelid t’Ommna Marija bħala monument tar-rebħa tal-Kristjaniżmu fuq l-Islam fl-1565. Fl-istess sena din il-knisja saret Parroċċa u fit-8 ta’ Settembru 1595 beda x-xogħol sabiex tiġi mkabbra. Fl-1743 kien ġiet uffiċċjalment ikkonsagrata u fl-1783 ġiet pproklamata Collegiate Insigni, filwaqt li fl-1921 ġiet onorata bit-titlu ta’ Bażilika mill-Papa Benedittu XV. Fl-1750 ġiet mibnija kappella żgħira ddedikata lill-Purifikazzjoni t’Ommna Marija li kienet annessa mal-bażilika wara li din ġiet imwaqqa’ fit-Tieni Gwerra Dinija bl-attakki fuq il-bastiment HMS Illustrious.

Huwa mifhum li din l-istatwa ġiet b’mod straordinarju – mill-baħar. Ġara li darba fost l-oħrajn, żewġ ċittadini mil-Isla kienu qegħdin ibaħħru l-oċejan Adrijatiku meta lemħu pulena tifflowtja f’wiċċ l-ilma. Dawn iż-żewġ ċittadini talbu lill-kaptan sabiex iħallihom jieħdu magħhom din il-pulena ġewwa l-paroċċa tagħhom, li għalihom din il-pulena kienet xbieha t’Ommna Marija. Leġġenda oħra dwar l-istatwa tal-‘Bambina’ kienet li din l-istatwa kienet miġjuba fuq vapur li minħabba maltemp kbir li sab, żbarka ruħu fuq din il-gżira u minn fuqha qatt ma reġa’ baħħar lura lejn id-destinazzjoni li kellu jmur fiha. ’Il fejn kienet id-destinazzjoni ta’ l-istatwa qatt ma kien sar magħruf. Matul is-sekli, bħala riżultat ta’ devozzjoni, din l-istatwa ġiet imżejna bil-ħaġar prezzjuż u inkurunata fl-4 ta’ Settembru 1921..
Il-Bażilika kienet saritilha ħsarat kbar matul it-Tieni Gwerra Dinija u ma setgħatx tiffunzjona bħala parroċċa. Reġgħet ġiet mibnija fl-1950. Ix-xogħol fuq il-knisja l-ġdida ġie komplut fl-1957 meta kienet reġgħet ġiet ikkonsagrata mill-ġdid.

   Ġesu’ Redentur

Din l-istatwa ta’ Ġesu’ Redentur hija waħda mit-tmien statwi li jirrappreżentaw l-istazzjonijiet tal-passjoni ta’ Sidna Ġesu’ Kristu li jinsabu fil-Parroċċa ta’ l-Isla.
M’hemm l-ebda informazzjoni dwar minn fejn ġejja din l-istatwa jew min kien għamilha. Li huwa żgur li din l-istatwa ġejja minn żmien il-bidu tas-Seklu Tmintax.
Sa’ mill-bidu nett, is-Sengleani kienu devoti lejn Ġesu’ Redentur, li iżjed tard dan sar ċentru ta’ devozzjoni wkoll għal-kumplament tal-poplu Malti.

Matul it-tieni deċenju tas-Seklu Tmintax, il-Konfraternita tas-Salib Imqaddes waqfet kolleġjata fil-knisja sabiex jinbena oratorju anness mal-parroċċa għal visti u devozzjonijiet għal Ġesu’ Redentur.

    Il-Knisja ta’ San Ġiljan

Il-Knisja ta’ San Ġiljan hija possibilment l-ewwel bini li nbena fuq din il-peninsula fl-1311. Din kienet reġgħet ġiet mibnija fl-1539 fuq l-istess pedamenti u disżinn minn Fra Diego de Malfreire li kien ġej mill-Langue of Castile u l-Portugall. Fl-1712 kienet reġgħet ġiet mibnija għal darb’oħra din id-darba fuq id-disinn ta’ Lorenzo Gafa. San Ġiljan huwa l-patrun tal-kaċċaturi u hi minħabba din ir-raġuni li din il-knisja hija ddedikata għalih għal fatt li originarjament l-Isla kienet użata mill-Kavallieri bħala art biex jikkaċċjaw minn fuqha

 Il-Knisja ta’ San Filippu (Portu Salvu)

Bejn l-1596 u l-1610, baħrin lokali ikkontribixxew għal bini ta’ knisja fuq l-Għolja tal-Mitħna iddedikata lill-San Filippu kif ukoll għal Ommna Marija tal-Visitaturi magħrufa wkoll bħala Ommna Marija ta’ Portu Salvu. L-isem Portu Salvu ġej mill-isem ta’ Porto Salvo li tfisser “safe harbour” jew “haven”. Il-Knisja kellha rwol importanti fl-iżvilupp tal-belt ta’ l-Isla u fl-organizzazzjoni tas-seafarers fl-1598 bil-ġurisdizzjoni tal-knisja. Il-Komunita’ (Oratorju) ta’ San Filippu Neri li kienet stabbilita fl-1662, ħa f’idejh dan il kunvent bħala l-monasteru tagħhom.

Dawn reġgħu bnewh fl-1664. Fl-1781, il-Kunvent imbagħad ġie mogħti lill-komunita’ tal-Ġiżwiti imma dan imbagħad ġie meħud mil-gvernatur Ingliż Sir Henry Bouverie fl-1837 sabiex iservi bħala sptar għall-vittmi ta’l-epidemija tal-kolera. Wara l-knisja reġgħet waqgħet f’idejn il-Ġiżwiti li damu fil-ħidma pastorali tagħhom sa’ Settembru 2008. F’Ottubru ta’ l-istess sena ġew is-Salesjani biex jibdew il-ħidma tagħhom fl-Isla.