L-Isla (Città Invicta)

Geografija

Print this page

  Il-Mappa ta' Senglea

L-Isla hija l-iżgħar fost it-Tliet Ibliet tal-Cottonera. Għandha daqs ta’ 823 metri fit-tul u 320 metri wisa’ u għandha forma ta’ peninsula. L-Isla qiegħda bejn Galley Port (jew id-Daħla tat-Tarzna) li jinsab fuq in-naħa ta’ Bormla u il-id-Daħla tal-Franċiżi. Minħabba l-fatt li fit-tarf nett ta’ din il-Peninsula li tagħti għal Port il-Kbir għandha forma ta’ ponta, bdiet tiġi imsejħa “Il-Ponta”.

isla map

Madanakollu l-isem ta’ Isla ġej mil-kelma taljana L’Isola li tfisser gżira minħabba l-istruttura ġeografika tagħha li qegħda maqgħtuha miż-żewġ għoljiet: L-Għolja tal-Mitħna u L-Għolja ta’ San Ġiljan.