L-Isla (Città Invicta)

Ġemellaġġi

Print this page

Ġemellaġġ ma’ bliet barranin inkluż id-data tal-kuntratt u dettalji oħra.

Permezz ta’ ftehiem iffirmat nhar it-12 ta’ Lulju 2003 u s-7 ta’Settembru 2003 ġewwa Cassino u l-Isla rispettivament, il-Kunsill għandu ġemellaġġ ma’ Citta’ di Cassino ġewwa l-Italja.

Dettalji tal-Ġemellaġġ:

Hija xewqa komuni li l-għan ta’ dan il-ġemellaġġ iservi sabiex ikompli jsaħħaħ u jiżviluppa relazzjoniet soda bejn iż-żewġ komunitajiet. Permezz ta’ dan il-ġemellaġġ, il-kuntatti bejn iċ-ċittadini taż-żewġ komunitaijiet ħa jkun jistgħu jaqsmu idejat u esperjenzi ġodda ma’ xulxin permess ta’ skambji sabiex flimkien inkunu nistgħu naħdmu għal paċi u -ħbiberija.