L-Isla (Città Invicta)

Statwi u Niċeċ

Print this page

 

F’Mejju ta’ 1569 fi żmien il-Gran Mastru Pietro del Monte, dan ħareġ regolamenti li kienu meqjusa bżonnjużi li biex tibni ġo belt u ġo kantuniera is-sidien kienu ordnati biex isebbħu l-kantuniera b’ornament bħal xi statwa jew niċċa inkella ornament arkitetttoniku fil-kantuniera bl-armi tal-familja.

 

L-Istatwa ta’ San Mikiel Arkanġlu

Din l-istatwa qegħda fi Triq San Mikiel kantuniera ma’ Triq is-Sur. Din l-statwa artistika tal-ġebel turi x-xbieha ta’ San Mikiel liebes bħala suldat Ruman jegħleb lil Luċifru. Oriġinarjament din l-istatwa kienet ġiet impoġġija mill-familja Mattei fi Triq il-Vitorja. Wara li din l-istatwa rnexxielha tibqa’ sħiħa wara d-devastazzjoni tat-Tieni Gwerra Dinija, din kienet ġiet impoġġija għal post attwali li qegħda fiha bħalissa fi Triq San Mikiel kantuniera ma Triq is-Sur. Fl-1795 l-Isqof F.Vincenzo Labini ikkonċeda l-ingulġenza lil dawk kollha li jitolbu quddiem din l-istatwa.

 Statue of St. Michael

 St. Michael war time

St. Michael's Statue after war 

 

 

L-Istatwa ta’ San Pietru

Din l-istatwa tinsab bejn Triq il-Vitorja u Triq San Pietru u San Pawl. Fit-Tieni Gwerra Dinija, din l-istatwa ġarbet xi ħsarat iżda wara din ġiet restawrata.

 

 

 

St. Peter's Statue

 

 

L-Istatwa ta’ San Pawl (Triq il-Vitorja)

L-istatwa ta’ San Pawl qegħda f’kantuniera bejn Triq il-Vitorja u Triq San Pietru u San Pawl. Insibu żewġ statwi ta’ San Pawl maħdumin mill-istess skultur. Waħda tħares lejn dik ta’ San Pietru u l’oħra li probabilment hija wkoll ta’ San Pawl, għandha bżonn tiġi restawrata.

 

St. Paul Statue

 

 

 L-Istatwa ta’ San Pawl (Triq iż-Żewġ Mini)

Din l-istatwa qegħda quddiem il-Knisja ta’ San Ġiljan kantuniera ma’ Triq iż-Żewġ Mini. Din hija skultura ta’ Anton Busuttil li saret fl-1886 li hija kopja ta’ l-istatwa titulari ta’ Melchiore Gafa’s li tinsab fil-Parroċċa ta’ San Pawl il-Belta Valletta.

 

St. Paul Statue two gates

  

 

L-Istatwa ta’ San Ġużepp

L-istatwa ta’ San Ġużepp iżomm ġilju f’idu filwaqt li hemm Ġesu’ tarbija maġembu tinsab f’ Triq il-Mina tax-Xatt kantuniera ma’ Triq iż-Żewġ Mini.

 

St. Joseph

 L-Istatwa ta’ San Filippu Neri

Din in-niċċa qegħda fuq l-entratura tal-Kunvent ta’ San Filppu. Din hija meqjusa bħala waħda mill-isbaħ xogħol artistiċi li wieħed jista’jsib ġewwa Malta.

 

St. Philip

 

 

L-Istatwa tal-Madonna tan-Nofs

Din l-istatwa tal-Madonna hija turija ta’ ringrazzjament lil Verġni Marija talli ipproteġiet lis-Sengleani mill-pesta ta’ l-1813. Oriġinarjament tpoġġiet f’nofs Triq il-Vitorja (fuq il-ġibjun ta’ Wignacourt). Fl-1955 ġiet ittrasferita f’Misraħ l-4 ta’ Settembru. Hija magħrufa mas-Senglani bħala l-“Madonna tan-Nofs”.

Il-Madonna tan-Nofs


L-Istatwa tal-Madonna tad-Duluri

L-istatwa tal-Madonna tad-Duluri qegħda fi Triq il-Vitorja kantuniera ma’ Triq id-Duluri.

Our Lady of Sorrows